Vittoriosa Vodafone Regatta Club
Storja tal-Club

Home

Regatta 2002
Arkivji
Memorji
Mill-Passat
Storja tal-Club
Poloz Regatta 2002
Rizultati Regatta 2002
L-Ahhar Ahbarijiet

Din hija l-istorja tal-club tal-Birgu(mehuda minn"L-istorja tat-tigrija"ta' Joseph Serracino) 

Meta wiehed isemmi il-Birgu, bla majrid, quddiem ghajnejh igib il-kulur ahmar-kulur tradizzjonali ta'dan id-distrett antik, li fit-tigrijiet li saru qabel u wara il-gwerra kien iwerwer lil kulhadd.Il-Birgu li fid-daqs tieghu file huwa l-izghar mitt-tlett ibliet tal-cottonera,hu l-akbar wiehed mhux biss fl-istorja izda fis-sehem attiv tieghu f'dawn it-tigrijiet.Hafna huma tal-fehma li l-opri ta'dan id-distrett ilhom jiehdu sehem f'tigrijiet simili hafna snin qabel kienu jiehdu sehem opri mill-Isla u minn Bormla.Qabel ma bdiet issir it-tigrijja tal-Vitorja li nafu li kellha il-bidu taghha bejn l-1821-1826 kienet issir ohra propju f'nhar il-festa tal-Birgu Jigifieri fl-10 t'Awissu. Ovvjament l-opri Vittorjozani kienu jkunu minn ta' l-ewwel li kienu jiehdu sehem fiha.L-ekwipaggi ta' dan id-distrett kienu maghzulin minn barklori li kienu jkunu armati sew f'kollox specjalment f'ta' bl-erbgha li kienu jkunu qawwijin wisq.Id-distrett tal-Birgu bhal dak ta'Bormla kellu zewg partiti li it-tnejn kellhom ix-xtut taghhom u kienu jippikaw ma xulxin minn minnhom jiehu l-aktar paljijiet. Wiehed kien armat ix-xatt in-naha ta' fejn hemm il-knisja ta' San Lawenz u l-iehor kien in-naha tat-toqba fejn hemm il-club illum u dawn mhux l-ewwel darba li kellhom xi jghidu ma xulxin.Izda ghal habta tat-tletinijiet dawn inghaqdu flimkien u ghadhom hekk sal-llum.
Izda kemm dan id-distrett kien b'sahhtu u kemm rebah korsi matul it-38 sena ta' tigrijiet li saru fil-port il-kbir qabel il-gwerra nafuh minn numru kbir ta' paljijiet li kisbu il-qaddiefa Vittorjozani.Certament li s-sett ta'forcini tal-fidda li ghadhom jintuzaw fil-festa ta'San Lawrenz a ghadhom xiedha tal-qawwa tad-dghajjes li kellna dak iz-zmien.Dawn kienu inghataw wara li kienu ghamlu festa kbira lil qaddiefa u kienu gabru hafna flus.
Forsi hafna dilettanti qatt ma ghaddielhom minn rashom li l-Birgu kien jiehu sehem fit-tigrija tal-Ferilli,izda dan mix biss ha sehem izda kien attiv hafna fiha. Fl-1907 Ferilla tas-sajd hadet sehem fit-tigrija f'isem dan id-distrett u rebhet dan il-palju.Minn ghand qaddiefa anzjani sar maghruf li xi qaddiefa mill-Birgu kienu jmorru l-Kalkara jikru Ferilla biex igerru biha fit-tigrija.
Id-distrett tal-Birgu kien armat tajjeb hafna fil-korsa tal-kajjieki "Fancy" fejn insibu li il-kajjieki "San Guzepp" u "San Lawrenz" rebhu din il-korsa kemm il-darba.Matul iz-zmien ta' wara l-ewwel gwerra il-Birgu kienu hadu hafna paljijiet u kienu hafna il-qaddiefa li kisbuhom fosthom "Leli Carachi(il-labra), Guzeppi Farrugia(il-kawsarju), Karmenu Mifsud(ix-xaham), Nazzarenu Busutill(il-li), l-ahwa Wenzu u Guzeppi Fabri(ta' patatiet), Guzeppi Coleiro(il-lula), Wenzu Cauchi(is-saburas), li kienu jaqdfu l-aktar fid-daghjjes iz-zghar.Izda l-aktar li l-Birgu ghamel sucess kien fid-daghjjes ta' bl-erbgha li fost il-qaddiefa taghha insibu lilCensu Galea(it-takkaliti), Wenzu Cauchi(il-qajmes), Wenzu Attard(qabel rasu), Salvu caruana(is-settebirra), Guzeppi Brincat(il-lowza), Guzeppi Ferriggi(il-qastni), Guzeppi Formosa(il-laganan), Guzeppi (l-burkixx), Guzeppi Cassar(il-flora), Karmenu Brincat(il-panok), Toni Ciantar(il-buqax), Wenzu Cassar(il-pozzu), Censu Galea(it-takkaliti), Wenzu Galea(il-barunell)u Guzeppi Pisani(ic-cikavi). Dawn huma uhud mill-qaddiefa li kienu jaqdfu qabel il-gwerra.

book.jpg
Il-ktieb li ittiehdet l-informazzjoni minnu.

vito.jpg
Id-daghjsa tal-midalji Santa Pacenzja f'Misrah ir-Rebha fl-1929

pass.jpg
Id-daghjsa ta'bl-erbgha tal-Birgu fl-1912

ren.jpg
Wenzu Cauchi, Salvu Caruana, Wenzu Attard u Censu Galea. Rebbieha 1927,1929,1930 u 1932. ta' b'4

Enter images and other content here

por.jpg

F'din il-pagna se titkompla l-istorja tar-regatta minn wara l-gwerra l-hawn.

F'din-naha tal-pagna se nippublikaw ritratti minn wara l-gwerra l-hawn.

logo.gif

Ibghat e-mail fuq vittoriosaregatta@msn.com