Vittoriosa Vodafone Regatta Club
Regatta 2002
Arkivji
Memorji
Mill-Passat
Storja tal-Club
Poloz Regatta 2002
Rizultati Regatta 2002
L-Ahhar Ahbarijiet

buff.jpg

birguhtml.gif

Poloz Regatta 2002

vodafone

logo.gif

Din hija il-web site gdida tal-Vittoriosa Vodafone Regatta Club. Huwa ta' pjacir taghna il-membri tal-kumitat li qeghdin inwasslu din il-pagna gdida fl-istorja tal-club taghna. Huwa ta' unur ghalina li ahna l-ewwel club tar-regatta li se jkollu il-pagna tieghu fuq l-internet. L-iskop ta' din il- pagna huwa wkoll li nzommu infurmati b'dak kollu li qed jigri lil shabna l-emigranti. B'hekk qed nitolbu lil kull min jidhol f'din is-site biex jekk ikollkom xi ritratti, kotba jew tafu b'xi stejjer li graw fir-regatta tibghatuhom lilna biex ahna nkomplu nkabbru din il-pagna u tibqa dejjem aggornata. Minn hawn ma nistghux ma nirringrazzjawx lill-isponsors ewlenin taghna il-VODAFONE li kienu huma li emmnu fina.

Waslet fl-ahhar ir-regatta tradizzjonali tat-8 ta' Settembru. Din is-sena wara hafna zmien il-Birgu se jergu jkunu hemm biex jisfidaw ghal unuri. Mhux qed nghidu li se niehdu ix-shield izda se nkunu hemm ma l-ohrajn nisfidaw ghar-rebh tal-paljijiet. Nhar il-Hadd nistiednu lin-nies tal-Birgu biex bhal zmien l-antik jitilu il-forti ta'Sant Anglu biex nissaportjaw lil club taghna. L-erbgha 4 ta' settembru fil-club tal-Kalkara ghal-habta tas-7:00pm se jitilghu l-poloz u se tistghu tkunu tarawhom f'din il-web site mill-ewwel ghax l-iskop taghna huwa li nzommu lid-dilletanti aggornati fuq x'qieghed jigri. It-Tnejn 9 ta' Settembru, l-ghada tar-regatta se tkunu tistghu taraw ir-rizultati flimkien ma ritratti tat-tigrijja.

Nhar l-Erbgha 28 t'Awissu 2002 saret il-prezentazzjoni ufficjali tal-isponsor tal-Vittoriosa Regatta Club mill-Vodafone. B'hekk kif kullhadd qed jara issa id-daghjjes taghna gew imzejna iktar bl-isponsor fuq kull daghjsa.Kif ha taraw ukoll fir-regatta il-qaddiefa kollha taghna se jkunu lebsin flokkijiet sbieh hafna bir-reklam tal-Vodafone.

regatta2.jpg
Id-daghjsa il-gdida LOREDANA

F'Marzu ta' din is-sena giet inawgurata daghjsa gdida li giet mahduma minn Tony Cassar u inghatat l-isem ta' Loredana. Din id-daghjsa hija Tal-Midalji u hadet sehem ghal-ewwel darba fir-regatta tal-31 ta' Marzu 2002.

regatta3.jpg
Id-daghjsa qed tigi iprezentata uficjalment

Min ikun irid jibghat xi informazzjoni jew ritratti jista jaghmel hekk billi jibghat e-mail lill- vittoriosaregatta@msn.com

 Minn hawn il-kumitat tal-Vittoriosa Regatta Club qed nirringrazzjaw lil vodafone Malta tal-fiducja li urew fina.

logo.gif

Ikklikja hawn taht u tidhol fil-web site tal-Vittoriosa Lightnings F.C, team mill-Birgu li jiehu sehem fil-leage tal-MAFA.

Vittoriosa lightnings